Sejba rekord ta' droga kokaina mid-Dwana; 1.5 tunellati b'valur ta' 300 million

Din kienet it-tieni sejba kbira ta' droga li d-Dwana għamlet f'xahar

Id-Dwana għamlet sejba rekord ta' 1.5 tunnellati kokaina li l-valur tagħha jammonta għal €300 million.

Id-droga nstabet moħbija f'50 xkora. Fihom kien hemm 1,494 blokka tal-kokaina u kull waħda minnhom kienet tiżen kilogramma.

Il-kontejner, li kien mimli banana, kien fi triqtu lejn Koper mill-Islovenja.

Il-każ issa jinsab f'idejn it-Taqsima tal-Pulizija kontra d-Droga filwaqt li l-Maġistrat Lenard Caruana qed imexxi inkjesta.

Id-Dwana ddeskriviet din is-sejba bħala waħda storika kemm minħabba l-ammont ta' droga misjuba u anke minħabba l-valur.

Spjegat li kull sena, id-Dwana qed tikser ir-rekord tagħha stess għas-sejba ta' droga kokaina. Fl-2019 sabet total ta' 750 kilogramma kokaina, fl-2020 kkonfiskat 612-il kilogramma, fl-2021 740 kilogramma u s'issa, din is-sena, għamlet żewġ sejbiet li jammontaw għal 800 kilogramma u 1,494 kilogramma rispettivament.

More in Kronaka