It-tieni persuna titpoġġa taħt att ta' akkuża b'rabta mal-omiċidju doppju f'Tas-Sliema

Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski kienu nstabu mejta fid-dar tagħhom f’Tas-Sliema

Viktor Dragomanski tpoġġa wkoll taħt att ta’ akkuża b’rabta mal-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski. Il-koppja kienu nstabu mejta fid-dar tagħhom f’Tas-Sliema.

Dragomanski mill-Maċedonja qed jiffaċċja erba’ akkużi, fosthom li kien kompliċi fl-omiċidju, b’serq aggravat, bi vjolenza, b’użu illegali ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni u anke l-użu ta’ proprjetà misruqa.

Huwa kien tressaq il-Qorti f’Awwissu tal-2020 u qed jiċħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih. 

Dragomanski huwa t-tieni persuna li tpoġġa taħt att ta’ akkuża b’rabta ma’ dan il-każ wara Daniel Muca.

More in Kronaka