Aġġornata | Il-katavru li nstab Delimara huwa tas-sid tal-jott li nstab jaħbat mal-breakwater f'Marsaxlokk

Il-katavru ttella' mill-baħar fis-sitta ta' dalgħodu

Raġel anzjan ttella' mejjet mill-baħar fl-inħawi ta' Delimara.

Kien ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-sebgħa, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm jott li nqata' mill-irmiġġ u kien qed jaħbat mal-breakwater ta' Marsaxlokk.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel ġiet infurmata li fuq il-jott, normalment jgħix anzjan Ingliż ta' 70 sena. Madanakollu, l-anzjan ma nstabx fuq il-jott.

Fuq il-post issejħu l-Forzi Armati u anke l-Protezzjoni Ċivili u dalgħodu, fis-sitta, nstab katavru ta' raġel li aktar tard waranofsinhar ġie identifikat bħala l-istess Ingliż ta' 70 sena.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa li ordna li tinfetaħ inkjesta.

More in Kronaka