Tifel ta' ħames snin fost tlieta oħra bi ġrieħi gravi wara inċident bil-flares

Raġel ta’ 26 sena, mara ta’ 23 sena u tifel ta’ 5 snin sofrew ġrieħi kawża ta’ nirien li ħakmu karozza kawża ta’ flares

(Mill-Arkivji)
(Mill-Arkivji)

Aktar kmieni illum għas-1:15 p.m il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident f’Misraħ Karlu Diacono, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żabbar, mara ta’ 23 residenti Marsaskala u tifel ta’ 5 snin, sofrew ġrieħi kawża ta’ nirien li ħakmu l-karozza Honda Accord li kienu fiha kawża ta’ xi flares.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post sabiex jassistu. Il-vittmi ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji, it-tifel bi ġrieħi gravi u r-raġel bi ġrieħi ħfief.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka