Bastiment kbir li jittrasporta l-kimiċi f'riskju li jinkalja mal-blat f'Baħar iċ-Ċagħaq

Il-Ministru Ian Borg jassigura li r-riskju ta’ tniġġis huwa baxx ħafna 

Bastiment kbir li jintuża għat-trasport tal-kimiċi jinsab fir-riskju li jinkalja mal-blat f'Baħar iċ-Ċagħaq imma qed jiġi assistit minn tug boat. 

Il-bastiment li riesaq mill-kosta tal-Lvant ta' Malta b'riħ Forza tmienja u f'baħar imqalleb jista' jidher sew minn Triq il-Kosta fejn minkejja l-maltemp bosta waqfu biex jieħdu l-filmati u r-ritratti.

Il-websajt tat-traċċar tal-vapuri Vessel Finder turi li l-bastiment Chem P ta’ 209m irreġistrat f’San Kitts u Nevis, issa riesaq ftit ‘il barra mill-kosta ta’ Baħar iċ-Ċagħaq wara li ħalla ankraġġ ftit barra l-ibħra territorjali ta' Malta.

Intant il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura, u Proġetti Kapitali Ian Borg assigura permezz tal-midja soċjali li r-riskju ta’ tniġġis huwa baxx ħafna. Filwaqt li rringrazzja l-ħaddiema kollha li qed jaħdmu f'dan il-maltemp huwa ta aktar dettalji dwar il-każ.

 

More in Kronaka