Raġel akkużat li qabbad żewġ vetturi jerġa' koppi ġimgħat wara li nħeles mill-arrest

Huwa reġa' tressaq il-Qorti akkużat li ta n-nar vettura oħra f'Bormla

(arkivji)
(arkivji)

Raġel li f’Settembru nħeles mill-arrest wara li kien akkużat li ta n-nar lil żewġ vetturi, reġa’ tressaq il-Qorti akkużat li qabbad vettura oħra.

L-akkużat li għandu 49 sena, tressaq akkużat li qabbad karozza fid-19 ta’ Jannar f’Bormla.

L-Ispettur Mario Xiberras spjega li meta rċevew ir-rapport u waslu fuq il-post innutaw minnufih xebħ bejn dan il-każ u każijiet oħra li fihom kien involut l-istess persuna.

Il-ġimgħa li għaddiet, wara li rat xi filmati tas-CCTV, il-Pulizija arrestat raġel ieħor b’rabta ma’ dan il-każ u minnufih ammetta li kien kompliċi u semma lill-akkużat.

L-akkużat, wara li ġie identifikat ukoll mill-istess filmati, ġie arrestat. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi.

Huwa kien inħelesmill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.

Illum, il-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex tikkonfiska dawn il-€11,000

Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. 

More in Kronaka