'Il-Marsa se tkun ċentru tal-aqwa livell għall-isportivi u għall-ispettaturi'

Ir-riġenerazzjoni tal-binja 1903 huwa wieħed minn għadd ta' proġetti fil-Kumpless Sportiv fil-Marsa

Il-binja magħrufa aħjar bħala l-binja 1903 fil-Marsa ġiet irrestawrata komplement b’investiment ta’ nofs miljun ewro minn Sport Malta. Dan il-proġett jinkorpora r-restawr tal-istrutturi kollha tal-binja storkia, li kienet inbniet mill-Ingliżi fl-1903 u kellha l-funzjoni ta’ clubhouse għall-uffiċjali tas-servizzi Ingliżi li kienet jagħmlu użu mil-faċilitajiet sportivi tal-Marsa.

Fost ix-xogħol li sar, kien hemm partijiet estensivi mill-portico li tħattew kompletament biex sergħu jerġgħu jinbnew, saru travi ġodda u twaħħlu aperturi ġodda tal-injam maħduma skont id-disinn oriġinali. Kif jitlesta l-finishing intern tal-binja, din tibda tintuża għall-komunità sportiva.

“Qed nagħmlu riġenerazzjoni qawwija fil-faċilitajiet sportivi u b’hekk il-Marsa se tkun ċentru tal-aqwa livell għal dawk kollha li mhux biss jipprattikaw l-isport, imma għal dawk li jesgwu l-isport bħala spettaturi. Il-Kumpless Sportiv tal-Marsa u l-madwar tiegħu qed jinbidlu f’hub sportiv ta’ livell internazzjonali,” qal il-Ministru Clifton Grima waqt l-inawgurazzjoni.

Matul iż-żmien, filwaqt li l-binja qdiet funzjonijiet differenti, il-kundizzjoni tagħha bdiet tiddeterjora tant li kienet iddikjarata bħala perikoluża. SportMalta ingġġat periti esperti li analizza il-kundizzjoni tal-binda, il-ħsara  kif ukoll ippreparaw method statements biex isir ir-restawr skont il-metodi adatti għall-isruttura.

Intant bħalissa fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa għaddejin għadd ta’ proġetti oħra fosthom il-bini ta’ ċentru ġdid tal-ġinnasitka, li se jinkorpoa fih ċentru għall-isquash, ċentru għall-weightlifting, fitness gym u courts tan-netball kif ukoll xogħol extensivo fuq it-trakka tal-atletika, li permezz tiegħu l-livell tat-trakka se jkun ta’ livell internazzjonali.

More in Kronaka