Jibqgħu jinżlu l-każi attivi tal-Covid-19 minkejja ż-żieda fil-każi ġodda fl-aħħar 24 siegħa

Il-każi ġodda tal-coronavirus huma iktar minn dawk tal-bieraħ iżda l-każi attivi xorta jinżlu b'221 każ

Fl-aħħar 24 siegħa instabu mill-awtoritajiet tas-saħħa iktar każi ta' coronavirus mill-bieraħ, fil-fatt illum instabu 323 każ ġdid iżda lbieraħ instabu mitt każ inqas. 

Minkejja dan, il-każi attivi xorta naqsu b'221 każ u dan għaliex ir-rata ta' fejqan kienet għola, b'542 persuna jfiequ mill-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa. Dan ifisser li fiequ nofs l-ammont ta' nies li fiequ lbieraħ.

Intant fl-aħħar 24 siegħa wkoll, niżlu għal 90-il pazjenti f'Mater Dei minn 103 iżda dawk rikoverati fl-ITU huma ħamsa.

Sfortunatament mietu żewġ persuni oħra li kienu t-tnejn pożittivi bil-Covid-19 - żewġ irġiel, wieħed ta' 61 sena u ieħor ta' 77 sena - biex it-total ta' nies li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-virus minn mindu faqqgħet il-pandemija, issa huwa ta' 536. 

Min-naħa l-oħra, sa issa wkoll, ġew amministrati 323,542.

More in Kronaka