Il-każi attivi tal-Covid-19 jinżlu sew taħt il-5,000 filwaqt li iktar minn 1,000 jfiqu f'24 siegħa

Fl-aħħar 24 siegħa wkoll, niżlu għal 103-il pazjenti f'Mater Dei iżda dawk rikoverati fl-ITU huma sitta

Il-każi l-ġodda tal-Covid-19 jkomplu jonqsu, b'202 każi ġodda, filwaqt li fiequ total ta' 1,253 persuna. Dan iwassal biex il-każi attivi jinżlu sew taħt il- 5,000 b'total ta' 4,708 każ attiv. 

Sfortunatament mietu żewġ persuni oħra li kienu t-tnejn pożittivi bil-Covid-19 - żewġ irġiel, wieħed ta' 55 sena u ieħor ta' 90 sena - biex it-total ta' nies li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-virus minn mindu faqqgħet il-pandemija, issa huwa ta' 534. 

Intant sa issa ingħataw b'bollox 322,092 doża tal-booster. 

Fl-aħħar 24 siegħa wkoll, niżlu għal 103-il pazjenti f'Mater Dei iżda dawk rikoverati fl-ITU huma sitta. 

More in Kronaka