Il-każi ġodda jibqgħu fuq l-400 u jfiequ 868 persuna... iżda jitilfu ħajjithom tlieta

Sa issa kważi 283,000 persuna ħadu d-doża booster...

Il-każi ġodda tal-Covid-19 baqgħu baxxi hekk kif f'24 siegħa baqgħu baxxi hekk kif hemm b'kollox 432 każ ġdid - ferm 'il bogħod mill-1,000 każ u fuqhom li kienu qed jiġu rreġistrati prattikament kuljum. In-numru ta' persuni li fiequ kien ferm akbar hekk kif f'24 siegħa fiequ b'kollox 868 persuna. 

Sfortunatament iżda tilfu ħajjithom tlieta minn nies oħra li kienu pożittivi għall-virus, kollha anzjani, wieħed ta' 77 sena u tnejn oħra ta' 81 sena. 

Intant sa issa kienu b'kollox 282,983 persuna li ħadu d-doża booster. 

More in Kronaka