Il-Pulizija ssolvi serqa li seħħet fl-2015 minn residenza f'Santa Venera; Raġel arrestat fi Spanja

Kontra r-raġel kien inħareġ Mandat ta' Arrest Ewropew

Wara investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija Maltija, ġie arrestat raġel ta' 32 sena li fl-2015, allegatament, seraq minn residenza fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

Dakinhar, kienet irrapportata serqa minn din ir-residenza ta' tagħmir elettroniku u anke ġojjellerija. Il-ħalliel qatt ma kien inqabad.

Madanakollu, mill-istħarriġ, il-Pulizija Maltija sabet li l-allegat ħalliel kien qiegħed jgħix fi Spanja u għalhekk inħareġ kontrih Mandat ta' Arrest Ewropew. 

Huwa ġie arrestat mill-Guardia Ċivil ta' Spanja u wara li tressaq fil-Qorti Spanjola, ir-Rumen ġie rrilaxxat lill-Awtoritajiet Maltin.

Ir-raġel inġieb Malta lbieraħ skortat mill-Pulizija Maltija.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum.

More in Kronaka