Fi Triq il-Kbira Ħal Lija, tolqtu karozza u s-sewwieq jitlaq minn fuq il-post

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi

Ilbieraħ filgħaxija, madwar is-7:30.p.m, raġel intlaqat minn karozza waqt li kien qiegħed bil-mutur. Il-vettura li laqtitu pero' telqet minn fuq il-post tal-inċident.

Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Kbira, Ħal-Lija u marret immedjatament fuq il-post.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Sym Symphony misjuq minn Taljan ta’ 41 sena residenti Birkirkara u vettura li allegatament telqet minn fuq il-post tal-inċident.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka