Raġel ta' 65 sena jweġġa’ gravi f’San Ġiljan wara li waqa' madwar sular

Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi

Għall-ħabta ta' nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Alfred Gauci, San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 65 sena residenti Tas-Sliema, waqa’ madwar sular waqt li kien fis-sit.

Fuq il-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka