86 każ ġdid ta' Covid-19 iżda n-numru ta' pazjenti fl-Isptar jibqa' stabbli

62 persuna rkuprat kompletament mill-Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li 86 persuna rriżultat pożittiva għall-Covid-19 filwaqt li fiequ 62 persuna.

B'hekk l-ammont ta' każi attivi issa huwa ta' 1337. Intant in-numru ta' pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei huwa ta' 22 u fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU) hemm rikoverati tliet persuni. Għaldaqstant l-każi fl-Isptar baqgħu stabbli. 

Sadanittant, id-dożi tal-booster qed ikomplu jiżdiedu hekk kif sa issa ingħataw 135,048 doża. 

Video is unavailable at this time.

More in Kronaka