€100,000, karozzi lussużi u ġojjellerija fost dak elevat f'operazzjoni kontra ħasil ta' flus

Arrestati numru ta' persuni wara xhur ta' investigazzjoni mill-Pulizija Maltija

Xhur ta’ investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji, wasslet biex fis-sigħat illi għaddew twettqet operazzjoni li fiha ġew arrestati numru ta’ persuni, kemm Maltin kif ukoll Libjani.

Waqt din l-operazzjoni l-Pulizija elevat żewġ vetturi lussuzi, madwar €100,000 fi flus kontanti, ammont konsiderevoli ta’ ġojjellerija u ħwejjeġ tad-ditta, pjanċi ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija, apparat elettroniku li jinkludi fost oħrajn mobiles, pendrives, kompjuters, tablets u servers u ammont kbir ta’ dokumenti li qed jiġu analizzati.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ saru b’koordinazzjoni ma’ diversi entitajiet barranin fosthom l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, l-Italja u l-Europol. Dawn il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti ilejla quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberra.

Huma se jiġu akkużati b’ħasil ta’ flus, b’assoċċjazzjoni, reati ta’ evażjoni ta’ taxxa, attività finanzjarja mingħajr liċenzja millawtorità kompetenti, fost reati oħra. 

More in Kronaka