Raġel iweġġa' gravi wara li tilef il-kontroll ta' vettura u spiċċa f'għalqa

Il-każ seħħ fi Triq tal-Infetti, l-Imdina

Raġel ta’ 24 sena residenti Ħad-Dingli, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa' f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Infetti, l-Imdina

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:00am.

Jidher li r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura, daħal ġo ċint u spiċċa ġo għalqa.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka