Il-pumpiera jqattgħu lejl jissieltu nirien kbar li ħakmu scrapyard f'Ħal Luqa

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qalet fi stqarrija li se tkun qed tinvestiga dan il-każ

Lejl impenjattiv għall-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif qattgħuh jiġġieldu nirien kbar ġewwa scrapyard f'Ħal Luqa.

Sa dalgħodu, il-ħidma għadha għaddejja, bid-daħna, anke jekk mhux qawwija daqs dik tal-bieraħ filgħaxija, għadha tidher tidher minn diversi bnadi.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali qal li minkejja li s-sitwazzjoni hija taħt kontroll, għad fadal bosta perikli u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili qed jaħdmu biex inaqqsu r-riskju.

Għal din l-operazzjoni qed jintuża l-apparat kollu li nxtara dan l-aħħar għal żoni industrijali.

Intant l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qalet fi stqarrija li se tkun qed tinvestiga dan il-każ. 

More in Kronaka