Raġel fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat ma' ħajt

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30pm fi Triq Valletta f'Ħal Luqa

Raġel ta' 43 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u ħabat ma' ħajt.

Skont il-Pulizija, il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30pm fi Triq Valletta f'Ħal Luqa.

Tim mediku ssejjaħ minnufih biex jassisti lir-raġel Filippin u ttieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka