Tarbija ta' sitt xhur tinstab mejta f'banju fid-dar tagħha

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit.

Aktar kmieni llum, għal xi 1:40 p.m l-Awtoritajiet tas-Saħħa infurmaw lill-Pulizija b’inċident f’residenza privata fi Triq l-Arznell, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tifla ta’ 6 xhur ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li instabet mitlufa minn sensiha f’banju. Sfortunatament it-tarbija kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka