Jisirqu r-roti u jbigħuhom is-suq! Jitkisser ċirku ta' serq ta' roti f'Tas Sliema u l-Gżira

Żewġt irġiel arrestat fuq dan is-serq

Uħud mir-roti misruqin
Uħud mir-roti misruqin

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Tas-Sliema rnexxielha tkisser ċirku ta' serq ta' roti, li wara li nsterqu, tpoġġew għall-bejgħ.

B’rabta ma’ dan il-każ il-pulizija arrestat żewġt irġiel.

Fl-aħħar xhur, il-Pulizija tad-Distrett innutat żieda ta’ rapporti ta’ roti misruqin mil-lokalitajiet ta’ Tas-Sliema, il-Gżira u 'l madwar.

Minnufih bdew l-investigazzjonijiet li wasslu biex ġew identifikati uħud mir-roti misruqin u li allegatament kienu qegħdin jinbiegħu f’suq miftuħ. Minn aktar investigazzjonijiet li saru il-pulizija identifikat l-allegat bejjiegħ kif ukoll raġel li allegatament seraq ir-roti.

Dan ta’ l-aħħar ġie arrestat fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu fil-Gżira u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka