Tifel ta' 14-il sena arrestat hekk kif huwa s-suspettat f'attakk b'sikkina f'Tas Sliema

Il-vittma ta' 21 sena instab fuq bankina b'ħafna demm ħiereġ...

Il-pulizija qed jinvestigaw attakk illi fih jidher li tifel ta' 14-il sena ta daqqa ta' sikkina lil żagħżugħ ta' 21 sena waqt ġlieda li seħħet fi Triq Locker, f'Tas Sliema 

Il-pulizija qalu illi l-inċident seħħ għal ħabta tal-4:30 p.m tal-lum bl-investigazzjonijiet inizzjali juru illi t-tifel uża sikkina waqt din il-ġieda. Iż-żagħżugżħ ta' 21 sena instab mal-art fuq bankina b'ħafna demm ħiereġ u ttieħed l-isptar fejn qed jiġi operat. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia nieda inkjesta filwaqt li l-pulizija tad-distrett qed jinvestigaw. 
 

More in Kronaka