Raġel ta' 40 sena jweġġa' gravi fi Triq l-Għadam, Ħal Qormi

Raġel ta’ 40 sena u residenti ż-Żurrieq, qabad idu ġo high-up waqt li kien qed jaħdem

Illum, waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li weġġgħet persuna fi Triq l-Għadam, Ħal Qormi.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 40 sena u residenti ż-Żurrieq, kien qabad idu ġo high-up waqt li kien qed jaħdem.

Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.  Aktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett

More in Kronaka