Fl-Imġarr, bennej jaqa' għoli ta' madwar sular u nofs u jsofri ġrieħi gravi

Raġel ta’ 50 sena residenti s-Sannat, Għawdex, waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs f’shaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol

Kmieni dalgħdu, għal xi l-ħdax u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Fisher, l-Imġarr.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 50 sena residenti s-Sannat, Għawdex, waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs f’shaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Tim mediku u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel lIsptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka