Raġel jitlef ħajtu wara li nqabad taħt moħriet f'għalqa f'Ħal Qormi

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:00pm fi Triq Tal-Bajjada, Ħal Qormi

Raġel ta' 46 sena tilef ħajtu wara li nqabad taħt moħriet.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:00pm, meta l-Pulizija ntalbet l-għajnuna f'għalqa fi Triq Tal-Bajjada, Ħal Qormi.

Ir-raġel li jgħix Ħal Qormi, nstab maqbud taħt moħriet.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku iżda ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka