Sirjan jaqa' sular waqt li kien fuq xogħol u jsofri ġrieħi gravi

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta

Kmieni filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Wied Għollieqa, il-Kappara.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li Sirjan ta’ 20 sena waqa’ madwar sular minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol. Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka