Sentenza ta' sitt snin sospiżi wara li hedded u attakka membri tal-Korp f'Għawdex

Ir-raġel ta' 28 sena intalab iħallas multa ta' €4,000

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Simone Grech raġel mill-Kroazja ta’ 28 sena u residenti r-Rabat, Għawdex.

Hu ġie akkużat li kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-0:15 a.m  waqt li kien fi Triq Taħt Putirjal, ir-Rabat, Għawdex, hedded, irreżista bi vjolenza u attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija. Hu ġie akkużat ukoll li ma obdiex l-ordnijiet tal-istess uffiċjali kif ukoll li kien fi stat ta’ sakra.

L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu u ġie kkundannat 6 xhur priġunerija sospiżi għal 18-il xahar, kif ukoll multa ta’ €4,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

More in Kronaka