Mara ta' 72 sena tittajjar f'Raħal Ġdid u tispiċċa l-isptar issofri minn ġrieħi serji

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret inkjesta

Illum, għall-ħabta tat-8:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fi Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li mara ta’ 72 sena li tgħix Raħal Ġdid sfat milquta minn vettura ta’ tip Daihatsu misjuqa minn raġel ta’ 23 sena li jgħix Raħal Ġdid.

Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed weġġgħet serjament.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret inkjesta filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka