Arrestat raġel li seraq għadd ta' karozzi f'Ħal Qormi, f'Ħal Luqa u Raħal Ġdid

L-istess raġel seraq ukoll minn uffiċċju f’Ħal Luqa

Raġel ta' 33 sena ġie arrestat wara li allegatment wettaq numru ta' serqiet minn vetturi f'Ħal Qormi, f'Ħal Luqa u Raħal Ġdid.

Huwa ġie arrestat ilbieraħ f'ħidma konġunta bejn il-Pulizija tad-Distretti ta’ Ħal Qormi u ta’ Raħal Ġdid.

Il-każijiet seħħew bejn is-6 u s-17 ta’ Ġunju, 2021, fejn mill-vetturi nsterqu għodda, dokumenti u flus. Saret ukoll ħsara fuq il-vetturi. 

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta wkoll li l-persuna arrestata allegatament wettqet ukoll serqa minn uffiċċju f’Ħal Luqa.

Ir-raġel ġie arrestat waqt li l-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi kienu qegħdin jissorveljaw persuna suspettuża fil-viċinanzi ta’ Triq l-Iljun, Ħal Qormi, hekk kif allegatament kien se jipprova jisraq minn xi vetturi.

More in Kronaka