Żagħżugħ jinqatel waqt argument; Il-Pulizja tiġri fuq il-bjut wara l-aggressur u tarrestah

L-inċident seħħ fi Triq it-Tiġrija wara argument bejn iż-żewġt irġiel

Is-sit illum.com.mt jinsab infurmat li żagħżugħ ta' 23 sena mill-Ghana ingħata daqqa b'arma bil-ponta u wara ftit ħin miet fl-Isptar.

Jidher li l-inċident seħħ fi Triq it-Tiġrija wara argument bejn iż-żewġt irġiel.

Il-vittma nstab mitluf minn sensih mal-art f'għadira demm. Huwa kien iċċertifikat mejjet malli wasal Mater Dei. 

Intant, fis-1:30am, il-Pulizija mill-iskawdra tal-umiċidji u r-reati maġġuri, marru fir-residenza tal-allegat aggressur fi Triq Azzopardi. Huma daħlu fid-dar, iżda ż-żagħżugħ ta' 25 sena, wkoll mill-Ghana, pprova jaħrab minn fuq il-bjut.

Il-Pulizija rnexxielha tarrestah. L-arma tad-delitt instabet mormija qalb ħaxix u siġar fi Triq il-Jum

More in Kronaka