Raġel ta' 56 sena jintlaqat minn karozza u jispiċċa l-isptar bi ġrieħi gravi

L-inċident seħħ fil-Gżira kmieni filgħaxija lbieraħ...

Ilbieraħ, għal xi 6:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Xatt il-Gżira, il-Gżira.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel ta’ 56 sena u residenti l-Gżira, sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn Mercedes, li kienet qed tinstaq minn Eġizzjan ta’ 51 sena residenti Tas-Sliema.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 56 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka