Niżel biex jgħin lil sieħbu u spiċċa għereq miegħu f'San Pawl il-Baħar

Żewġ irġiel jitilfu ħajjithom f'San Pawl il-Baħar...

Żewġt irġiel ta’ nazzjonalita’ Niġerjana, sfortunatament tilfu ħajjithom wara li sabu ruħhom f’diffikulta’ fil-baħar f’Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar.

Matul il-lejl, għal xil-kwarta ta' filgħodu, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm żewġ persuni qed jgħerqu.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li wieħed mill-irġiel waqa’ fil-baħar u sab ruħu f’diffikulta’ biex jitla’ lura l-art. Il-vittma l-oħra filwaqt li beda jgħajjat għall-għajnuna nieżel jgħin lil sieħbu li aktar tard sab ukoll diffikulta’.

Fuq il-post issejħu għaddasa tal-Forzi Armati u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu liż-żewġ persuni mill-baħar. Huma sfotunatament ġew iċċertifikati mejta fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka