Amministrati aktar minn 340,000 doża tal-vaċċin; 35 każ ġdid u jfiqu 16-il pazjent

Sa issa 108,716-il persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċi

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 35 każ ġdid ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa filwaqt li 16-il pazjent ġew ikkonfermati mfejqa.

Fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewta biex issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 280.

Intant, kompla wkoll it-tilqim hekk kif sa issa 108,716-il persuna ħadu ż-żewġ dożi.

B'kollox ġew amministrati aktar minn 341,909 doża.

Ilbieraħ saru 1,550 swab test.

More in Kronaka