Aktar minn 2,500 jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin f'24 siegħa; 59 każ ġdid ta' Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa tilfet ħajjitha anzjana ta' 68 sena

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 59 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 50 persuna oħra fiequ mill-Covid-19.

Fl-aħħar 24 siegħa tilfet ħajjitha anzjana ta' 68 sena li kienet rikoverata Mater Dei, biex issa l-għadd tal-vittmi jammonta għal 403.

Intant, kompla wkoll it-tilqim. Total ta' 74,053 persuna ħadu ż-żewġ dożi, filwaqt li 175,347 persuna ħadu l-ewwel doża u qed jistennew li jingħataw it-tieni waħda.

Bħalissa f'Malta hawn 561 persuna morda bil-virus.

Ilbieraħ saru 1,758 test.

More in Kronaka