Pulizija li ma kienx xogħol strumentali biex jinqabdu erbat irġiel li serqu diversi residenzi

Il-kuntistabbli lemaħ vettura li l-Pulizija kienet qed tfittex b'rabta ma' sensiela ta' serq

Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU) li kien off-duty, innota vettura li l-Pulizija kienet qed tfittex b'rabta ma' sensiela ta’ serq minn residenzi f’diversi lokalitajiet

Il-kuntistabbli għamel  kuntatt mal-Kamra tal-Kontroll, infurmahom li għandu bżonn l-assistenza u fi ftit ħin, il-vettura ġiet imwaqqfa mill-Pulizija tal-RIU u ż-żewġt irġiel ta’ ġo fiha ġew arrestati.

Dawn huma parti minn grupp ta' persuni barranin mdaħħlin fi kriminalità organizzata

Fil-fatt, wara l-arresti, il-Pulizija marret f'residenza fil-Qawra fejn arrestat żewġt irġiel oħra u sabu diversi affarijiet irrappurtati misruqa.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett tal-Mosta għadhom għaddejjin.

More in Kronaka