Raġel ta' 25 sena arrestat wara li jinqabad b'boroż tal-kokaina u eroina lesti għat-traffikar

L-arrest seħħ waqt rondi fil-Marsa ...

Raġel ta’ 25 sena li jgħix il-Marsa, ġie arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga waqt rondi fil-Marsa lbieraħ.

Il-Pulizija nnutaw lir-raġel jaġixxi b’mod suspettuż u kif ġie avviċinat u saret tfittxija, fil-pussess tiegħu nstab ammont sostanzjali ta’ boroż b’sustanza suspettata droga eroina u kokaina, lesti biex jiġu ttraffikati.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka