Raġel jitressaq il-Qorti llum akkużat b'diversi serqiet minn karozzi f'Raħal Ġdid u l-Fgura

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-każijiet ta’ serq seħħew bejn il-15 u s-16 ta’ Marzu

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid arrestat raġel ta’ 37 sena li jgħix il-Fgura, b’rabta ma’ serq minn numru ta’ vetturi.

Wara diversi ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u osservazzjoni, il-pulizija identifikaw lir-raġel li allegatament wettaq dan is-serq u ġie arrestat immedjatament.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-każijiet ta’ serq seħħew bejn il-15 u s-16 ta’ Marzu, 2021; minn ġo karozza fi Triq Mikiel Calleja, Raħal Ġdid u minn żewġ vannijiet fi Triq Kent, Fgura.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum f’nofsinhar, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia

More in Kronaka