Aktar minn 12,000 persuna jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin ... 167 każ ġdid u 165 ifiequ

43,337 doża tal-vaċċin mogħtija b'kollox ... imutu żewġ persuni oħrajn li kienu pożittivi għall-Covid-19

Sa issa huma b'kollox 12,135 persuna li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin, li huwa madwar 1,100 doża aktar minn dawk li ġew irreġistrati lbieraħ.  B'kollox sa issa ingġataw 43,337 doża tal-vaċċin - li jinkludu wkoll dawk li ħadu l-ewwel doża biss. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 167 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li kważi l-istess numru - jew 165 persuna -  fiequ.  Dan ifisser illi bħalissa Malta għandha 2,406 każi attivi. 

Sfortunatament żewġ anzjani oħra - wieħed ta' 78 sena u oħra ta' 82 sena - tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-virus. 

More in Kronaka