Kmandant tal-Istat Iżlamiku jintbagħat għomru l-ħabs wara ħidma mill-Pulizija Maltija, fost oħrajn

Qorti Ungeriża tagħti sentenza ta' għomor il-Ħabs lil Kmandant tal-IS wara ħidma mill-Pulizija Maltija, Belġana, Griega u Ungeriża

L-arrest ta' Hassan Farhoud
L-arrest ta' Hassan Farhoud

Kmandant tal-Istat Iżlamiku kien ingħata sentenza ta' ħajja priġunerija fl-Ungerija wara għajnuna, fosthom mill-Unit ta' Terroriżmu tal-Pulizija ta' Malta.

Il-Qorti Ungeriża sabet lil Hassan Farhoud ħati ta' reati kontra l-umanità u omiċidju f'diversi okkażjonijiet, fosthom darba minnhom permezz ta' tħanxir tal-vittma. 

Farhoud kien arrestat f'Budapest fl-ajruport Liszt Ferenc, fl-2018 fuq dokumenti foloz. 

Skont is-sentenza tal-omiċidji sistematiċi Farhoud kien personalment involut fl-eżekuzzjoni ta' mill-inqas tnejn minn nies, wieħed li safa' imħanxar u ieħor li nqatel permezz ta' sparatura. 

Il-Pulizija ta' Kontra t-Terroriżmu kienu inolvoluti fl-investigazzjonijiet flimkein mal-pulizija Maltija, Belġjana u Griega.

Farhoud, allegatament, kien jikkmanda armata tal-Istat Iżlamiku. 

 

More in Kronaka