Żagħżugħ ma jinstabx ħati li seraq microwave u oġġetti oħrajn mid-dar ta' ommu

Raġel jinħeles mill-akkużi kontrih minħabba nuqqas ta' provi...

Raġel ta' 39 sena mill-Furjana inħeles minn kull akkuża ta' serq mid-dar ta' ommu u kien meħlus ukoll mill-akkuża li ħarab meta kien taħt il-kustodja tal-pulizija.  Hu kien akkużat li seraq oġġetti diversi mid-dar, fosthom microwave, imma ma nstabx ħati minħabba nuqqas ta' provi. 

Ir-raġel ta' 39 sena kien arrestat f'Diċembru li għadda fuq l-akkuża li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.  Preċedentement hu kien arrestat fuq akkużi ta' serq u li ħarab mill-kustodja tal-pulizija f'April 2019, imma kien rilaxxat fuq bail biex wara nstab li kiser il-kundizzjonijiet ta' dan l-istess bail. 

L-avukat Arthur Azzopardi deher għall-akkużat u l-Maġistrat Audrey Demiocoli ppresediet fuq il-każ. 

More in Kronaka