Itajjar sewwieq ta' mutur, jaħbat ma' għadd ta' karozzi u jolqot mara f'temp ta' 10 minuti

Ix-xufier qed ikun mitkellem mill-Pulizija

Mara ta’ 38 sena residenti Wied il-Għajn, sofriet ġrieħi gravi fi Triq il-Qaliet, għax intlaqtet minn vettura. 

Kuntistabbli li kien fuq ronda fi Triq Sant’ Antnin kien infurmat li ftit ħin qabel, għall-ħabta tas-7:05pm, karozza kienet laqtet raġel Pakistan ta’ 28 sena, residenti Raħal Ġdid, li kien qed isuq mutur Kymco Agility. 

Ix-xufier tal-karozza telaq minn fuq il-post wara li kellem lill-Pakistan. Minnufih il-Pulizija sejħet ambulanza sabiex tassisti lir- raġel. 

Għall-ħabta tas-sebgħa u kwart 7:15pm, l-istess uffiċjali kienu infurmati li kien hemm inċident ieħor fi Triq il-Qaliet. 

Kif il-Pulizija marret f’din it-triq, innotaw diversi vetturi li kienu ħabtu b’waħda minnhom tkun l-istess vettura li kienet involuta fl-inċident mal-mutur. 

Minn investigazzjonijiet ulterjuri rriżulta li x-xufier tal-Peugeot, wara li laqat dawn il-karozzi, saq b’lura u laqat mara li kienet miexja f’passaġġ. 

Il-mara ta’ 38 sena stess marret fiċ-Ċentru tas-saħħa u aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi, filwaqt li x-xufier tal-mutur ma sofriex ġrieħi. 

Ix-xufier tal-karozza Peugeot, raġel ta’ 49 sena, qed jiġi mitkellem mill-Pulizija.

More in Kronaka