Ħabbat lil anzjan ta' 95 sena, qalu li bagħtu qassis u serqu

Raġel akkużat illi seraq anzjan ta' 95 sena jinżamm ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest

Raġel inżamm taħt arrest wara illi kien akkużat illi seraq anzjan ta' 95 sena.

Ir-raġel Malti ta' 46 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat b'serq aggravat, assalt u li huwa riċediv u wara li l-Qorti allura iddeċidiet li wieħed ma setax jafdah.  Hu ma għandux impjieg u kien qed jgħix f'guest house. 

L-ispettur Jeffrey Scicluna qal lill-Maġistrat Nadine Lia illi nhar it-18 ta' Ottubru il-pulizija kienet infurmata li raġel ta' 95 sena safa' misruq waqt li kien fid-dar tiegħu, fil-Ħamrun.  L-investigazzjonijiet sabu li l-agressur ħabbat fuq il-bieb u qal li ntbagħat minn qassis.  Imma xħin daħal attakka u seraq lill-anzjan. 

Huwa seraq oġġetti b'valur ta' €900 mill-anzjan.   Kienu filmati CCTV li waslu biex jinqabad ir-raġel. 

 

More in Kronaka