93 każ ieħor ta' Covid-19 f'Malta .... medja ta' 86 każ kuljum fl-aħħar ħamest ijiem

Il-maġġoranza tal-każi jibqgħu sporadiċi b'imxija wkoll fost membri tal-familja 

Fl-aħħar 24 siegħa Malta rreġistrat 93 każ ġdid ta' Covid-19 - mill-ġdid numru pjuttost għoli ta' każijiet li huwa wkoll riflessjoni tan-numri li kellha Malta fl-aħħar jiem.  Fil-fatt kalkolu sempliċi juri kif Malta kellha medja ta' 86 każ kuljum ta' Covid-19 fl-aħħar ħamest ijiem:  68 nhar il-Erbgħa, 75 nhar il-Ġimgħa, 100 nhar is-Sibt, 95 nhar il-Ħadd, 68 ilbieraħ u 93 illum. 

Dawn il-każi rriżultaw minn 2,257 swab li saru u jfisser illi l-każi attivi f'pajjiżna issa tela' għal rekord ta' 881.  Dan filwaqt illi n-numru ta' persuni li mietu u kellhom il-Covid-19 telgħet għal 44 persuna dalgħodu bil-mewt ta' anzjan ta' 71 sena. 

Fl-istess waqt f'dawn l-24 siegħa fiequ 31 persuna mill-istess virus.

B'kollox minn meta faqqgħet il-pandemija f'Malta kien hawn b'kollox 3,937 każ li minnhom 3,012 - jiġifieri 76.5% - kienu ta' nies li fiequ. 

Minn dawn it-93 25 huma ta' persuni li ħadu dan il-virus minn membri tal-familja filwaqt li l-maġġoranza huma każi sporadiċi. 

More in Kronaka