Ħaddiem imut waqt xogħlijiet ta' manutenzjoni u tindif taħt il-mini ta' Ħal Kirkop

Ir-raġel ta' 57 sena, minn Ħaż-Żebbuġ, kien fuq il-high-up, inaddaf is-saqaf meta nqabad bejn l-istess high-up u s-saqaf tal-konkos

Ħaddiem tilef ħajtu f'inċident li seħħ taħt il-mini ta' Ħal Kirkop li bħalissa għaddej fuqhom xogħol ta' manutenzjoni u tindif.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li r-raġel ta' 57 sena, minn Ħaż-Żebbuġ, kien fuq il-high-up, inaddaf is-saqaf meta nqabad bejn l-istess high-up u s-saqaf tal-konkos.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30am.

Huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali. 

More in Kronaka