Raġel f'qagħda gravi wara li jaqa' ħadid fuqu f'sit ta' kostruzzjoni f'Tal-Pietà

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

Illum, għall-ħabta tas-1:35 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq K Darmanin, il-Pieta`.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel Albaniż, li għandu 57 sena u residenti l-Munxar, Għawdex, sofra ġrieħi wara li waqa’ fuqu xi ħadid waqt li kien qed isir xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Ir-raġel ittieħed permezz ta’ ambulanza fl-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa u aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

More in Kronaka