Tabib fl-Emerġenza jirriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19 ... ma jidhirx li kellu kuntatt ma' pazjenti

Numru ta' ħaddiema fi kwarantina filwaqt li l-Infection Control Unit jagħmel assessjar tar-riskju

Dan is-sit jinsab infurmat illi tabib li jaħdem l-Emerġenza rriżulta pożittiv għall-Covid-19.  Minkejja dan, jidher -  mill-informazzjoni li għandu dan is-sit -  illi dan it-tabib ma kellux kuntatt ma' pazjenti. 

B'konsegwenza ta' dan, numru ta' tobba u infermiera tal-Emerġenza tpoġġew taħt kwarantina.  Matul l-aħħar sigħat l-infection Control Unit tal-isptar għamel risk assessment tal-impjegati kollha li setgħu kienu f’kuntatt miegħu.

Mhux ċar eżatt minn fejn ġie infettat bil-virus dan it-tabib iżda jidher li mas-sintomi għamel test li rriżulta fil-pożittiv.  Hu kien daħal għax-xogħol. 

Dan il-każ, wieħed mill-każi ġodda tal-aħħar 24 siegħa, huwa parti minn numru jikber ta' nies li qed jirriżultaw fil-pożittiv għal dan il-virus, b'21 każ ilbieraħ - l-akbar numru ta' każi ġodda fi żmien twil ħafna.  Minn dawn kienu biss tlieta l-immigranti bil-Covid-19 filwaqt li żewġ każi kienu importati. 

More in Kronaka