Raġel jitlef ħajtu u ieħor fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn erba' vetturi

L-inċident seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli ftit wara nofsilejl

Raġel ta’ 32 sena, residenti Birkirkara, tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ ftit wara nofsilejl filwaqt li raġel ta’ 40 sena fil-Ħamrun jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-inċident seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan meta seħħet ħabta bejn erba’ vetturi misjuqa minn raġel ta’ 35 sena, żagħżugħ ta’ 24 u żewġ muturi misjuqa mir-raġel li tilef ħajtu u r-raġel li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Jidher li wieħed mis-sewwieqa tilef il-kontrol u dak il-ħin vettura oħra ħabtet miegħu.

Mutur li kien qed jinstaq fl-istess direzzjoni ħabbat mal-vettura, filwaqt li mutur ieħor kidja.

Ir-raġel ta’ 39 sena kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka