Tfajla ta' 15-il sena tmut wara li waqgħet erba' sulari minn gallarija

L-inċident seħħ Iilbieraħ f'appartament fil-Ponta ta’ Tigné, tas-Sliema

Tfajla Taljana ta’ 15-il sena, residenti San Ġwann, tilfet ħajjitha wara li waqgħet minn għoli waqt li kienet f’appartament tas-Sliema.

L-inċident seħħ Iilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija (2100hrs), meta l-Pulizija ġiet infurmata li persuna sofriet xi ġrieħi wara waqa’ minn gallarija t’appartament fil-Ponta ta’ Tigné, tas-Sliema.

It-tfajla waqgħet madwar erba’ sulari għoli minn ġol-gallarija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna imma sfortunatament, il-vittma ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post mit-tabib tal-emerġenza.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

More in Kronaka