Persuni fuq dgħajsa jsalvaw raġel li waqa' seba' sulari minn fuq irdum

Il-każ seħħ illum waranofinhar fis-sagħtejn neqsin kwart, bl-inċident iseħħ fl-akwati ta’ Wied ix-Xoqqa u tal-Mara

Żagħżugħ waqa' seba’ sulari minn irdum f’Birżebbuġa u ddaħħal l-isptar isofri minn ġrieħi gravi.

Il-każ seħħ illum waranofsinhar fis-sagħtejn neqsin kwart, bl-inċident iseħħ fl-akwati ta’ Wied ix-Xoqqa u tal-Mara.

Iż-żagħżugħ għandu 20 sena residenti Birżebbuġa. Jidher li hu tilef il-bilanċ u waqa’ seba’ sulari għall-baħar.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn xi nies li kienu għaddejin b’dgħajsa.

Fuq il-post isejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel Mater Dei.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka