Mara ta' 26 sena sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku f’San Ġiljan

L-inċident sar wara li żewġ karozzi, waħda minnhom misjuqa mill-mara ħabtu flimkien waqt li kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni

Mara ta’ 26 sena mil-Litwanja, residenti San Ġiljan, sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-07:30 am, il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Ġorġ Borġ Olivier seħħet ħabta u hemm xi persuna li sofriet xi ġrieħi.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip KIA misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti r-Rabat u vettura tat-tip Suzuki misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti l-Imsida. Iż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni.

Kawża tal-impatt bejn iż-żewġ vetturi, il-mara mil-Litwanja, li kienet qed taqsam it-triq, intlaqtet mill-vettura tat-tip Suzuki. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

More in Kronaka