Żewġ ġuvintur mill-Guinea sofrew ġrieħi waqt argument li seħħ matul il-lejl illi għadda f' San Ġiljan.

Dan l-inċident sar illum madwar is-siegħa ta' filgħodu

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Żewġ ġuvintur mill-Guinea, sofrew ġrieħi waqt argument li seħħ matul il-lejl illi għadda fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Kienu għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu, x’ħin iż-żewġ ġuvintur li għandhom 19-il sena, daħlu fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan, bid-demm ħiereġ minn ferita li t-tnejn li huma kellhom f’rashom.

Huma allegaw mal-Pulizija li waqt l-argument li kellhom ma’ raġel li qalu li huwa mill-Eritreja fi Triq San Ġorġ, dan l-istess raġel beda itihom fuq rashom, x’aktarx bi flixkun tal-ħġieġ imkisser u anke pprova jisirqilhom il-mobile.

Minħabba l-feriti li kellhom, issejħet fl-Għassa ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Meter Dei għall-kura. Aktar tard, wieħed minnhom ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi u l-ieħor ġrieħi ħfif.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

More in Kronaka